Il-Valletta Cruise Port kien magħżul bħala wieħed mill-aħjar destinazzjonijiet Mediterranji fil-Cruise Critic’s 2017 Destination Award, li hi wieħed mis-siti ewlenin b’komunità online ta’ madwar 350,000 vista li tkopri madwar 500 vapur tal-cruises u 300 port internazzjonali.
Stephen Xuereb, il-Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port u ta’ Global Ports Holdings qal li l-Valletta Crusie Port hi sodisfatta b’dan ir-rikonoxximent u li dan se jkompli jsaħħaħ l-impenn biex is-servizzi fil-port ikompli jitjiebu.
Din is-sena l-Pot il-Kbir se jilqa’ 330 daħla ta’ vapur, b’moviment ta’ 700,000 passiġġier. Fil-kuntest tat-tħejjijiet għall-Valletta 2018, fejn Malta se tkun qed tospita l-Belt Kulturali Ewropea, Valletta Cruise Port se tkun qed torganizza numru ta’ attivitajiet fosthom Iljieli Maltin sa tmiem Settembru, October Ahoy! f’Ottubru u l-attivitajiet annwali tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena f’Diċmebru 2017.
//= $special ?>

