Internazzjonali

Iwaqqfu grupp ta’ traffikanti tal-immigranti Iranjani

Il-Pulizija fi Spanja qalu li huma kissru grupp kbir għall-immigrazzjoni li kien qed jitraffika lill-Iranjani (u li wħud minnhom kien għad għandhom biss ħames snin) lejn ir-Renju Unit.

Hu allegat li l-grupp ipprovda l-passaporti Spanjoli lill-Iranjani biex huma jkunu jistgħu jaqbdu l-ajruplani lejn ir-Renju Unit.

‘Il fuq minn 100 persuna kienu arrestati madwar l-Ewropa, fosthom is-suspettat kap tal-grupp li, skont ir-rapporti, inqabad fl-ajruport ta’ Heathrow, f’Londra.

Ingħad li l-azzjoni għal kontra t-traffikar tal-Iranjani inkludiet membri tal-pulizija federali ta’ Spanja, il-Pulizija Metropolitana ta’ Londra u l-aġenzija kriminali Ewropea, Europol.