L-Editrici ta’ one.com.mt u partner ta’ Ministru Janice Bartolo illum ħabbret li ngħatat impjieg mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Janice Bartolo li kienet ġurnalista tal-Partit Laburista fuq facebook ħabbret li se tispiċċa taħdem minn mal-Partit Laburista u minflok ser tibda taħdem fl-Awtorità għat-Turiżmu, li taqa’ taħt it-tmexxija tal-Ministru Konrad Mizzi.
L-ingaġġ ta’ Janice Bartolo mal-Gvern mhux wieħed uniku, dan għaliex kien hemm diversi ġurnalisti oħra tal-istazzjoni tal-Partit Laburista Super One li wara l-aħħar elezzjoni ġenerali ngħataw impjieg mal-Gvern.