Fis-serje Amerikan ‘shooter’, il-bejgħ tal-passaporti Maltin ma jattirax “persuni ta’ talent”, iżda terroristi.
‘Shooter’ huwa serje li daħal fit-tieni sensiela tiegħu, u fit-tieni u t-tielet episodji saru referenza dwar Malta u l-bejgħ tal-passaporti. Is-serje huwa dwar aġenti tal-Gvern Amerikan li jaħdmu kontra t-terroriżmu.
Fit-tieni episodju, l-aġenti jidhru jitkellmu waqt vjaġġ b’vann. Fil-konversazzjoni tagħhom, l-aġenti jgħidu kif xi terroristi jkunu daħlu b’passaporti Maltin, u li xtraw il-passaporti Maltin għal madwar €100,000. Skont l-istess aġenti, il-persuni li jkunu xtraw il-passaporti huma terroristi.
Fit-tielet episodju, jinqabad wieħed mit-terroristi. Malli jfittxu fuqu u jsibu passaport Malti, wieħed mill-aġenti jgħid: “erġajna!”.








