Lokali

Mara ordnata tħallas lura allowance li ħadet mis-Sigurtà Soċjali

Mara li kienet tagħti għajnuna lil ħuha li kien marid serjament tul il-ġurnata kollha,ma nagħatax il-benefiċċji soċjali meta sar magħruf li kellha assi li jaqbżu l-€14,000. Kien f’April 2015 meta lill-mara twaqqfulha l-benefiċċji soċjali kollha u kienet mitluba tħallas lura s-somma ta’ €13,000 li ngħatawlha mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bejn l-2012 u l-2015.

Il-każ kien żvelat wara li f’Marzu 2012 il-mara trasferiet in-nofs indiviż tagħha ta’ żewġ garaxxijeit lill-oħta. Il-valur dikjarat tal-propjetà kien €29,200 li jfisser li hi ma kinitx intitolata għall-benefiċċju tal-allowance tal-istat. Il-mara appellat quddem is-Sigurtà Soċjali iżda l-appell kien rifjutat bil-mara tmur quddiem il-qorti.

Il-mara argumentat li d-donazzjoni klelha l-intenzjoni li tħallas dejn lil oħtha li jmur lura sal-1994 meta silfitha Lm20,000 beix tixtri karozza. Hi sostniet li ma kinitx il-propjetarja reali tal-post u li daħlet biss flok missierha, li kellu problema tal-logħob.

Il-Qorti tal-Appell, preseduta mill-Imħallef Anthony Ellul qalet li kieku dan kien il-każ, il-mara ma missihiex poġġiet il-firma tagħha fuq it-trasferiment tal-propjeta. Minbarra dan, qed jingħad fil-kuntratt li d-donazzjoni saert bħala ħlas finali għas-self bejn l-aħwa.

Il-qorti irrifjutat l-appell u ddikjarat li l-mara ma kinitx intitolata għall-allowance tas-Sigurtà Soċjali u li kellha tagħmel tajjeb għas-somma li tħallset b’mod irregolari.