Il-Kummissjoni dwar l-Ippjanar ċaħdet applikazzjoni biex ikun sanzjonat żvilupp illegali fuq blokk ta’ uffiċċji fi Triq ir-Repubblika. L-iżvilupp fis-sular ta’ fuq jgħarraq id-dehra ġenerali tal-Belt Valletta hekk kif il-veduta tal-koppla u l-kampnar tal-Knisja ta’ San Franġisk.
Il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li dan l-iżvilupp jaffettwa b’mod negattiv is-“skyline” tal-Belt Valletta, li hi Belt ta’ Wirt Patrimonju Dinji mill-UNESCO.
L-iżvilupp kien taħt ordni ta’ infurzar minn Awwissu 2016 u l-Awtorita’ tal-Ippjanar imponiet multa għal kull ġurnata li tgħaddi.
//= $special ?>