Infirxu l-protesti fi Spanja kontra t-turiżmu tal-massa li ħafna minnhom kienu organizzati minn gruppi tax-xellug.
Issa l-protesti nfirxu lejn Majorca fejn saret protesta tul it-triq ewlenija mal-baħar f’Palma, il-kapitali. Hawn kienu sparati flares fid-direzzjoni tal-jottijiet waqt li twaddbu l-karti fit-toroq. Il-ġimgħa li għaddiet kien imiss lil Barċellona fejn id-dimostranti ħebbew għal xarabank mimlija turisti.
Id-dimostranti kienu mill-Arran, grupp xellugi li jrid l-indipendenza tal-Katalonja u li hu l-fergħa taż-żgħażagħ tal-partit radikali, il-CUP.
Nies f’Palma ilmentaw li l-ammont ta’ turisti li qed imorru qed jeqirdu din il-belt. Ħafna nies tal-lokal kellhom jitilqu għaliex il-kera tal-postijiet żdiedet ħafna u l-istess jgħodd għan-negozji antiki.
Apparti l-attakk li kien hemm fuq ix-xarabank f’Barċellona, tlett xhur ilu dimostranti wadbu l-bajd u ż-żebgħa lejn żewġ lukandi fiz-zona ta’ Poblenou. Kien hemm ukoll protesti madwar is-Sagrada Familia.
Iżda l-aġir qed ikun kritikat minn ħafna speċjalment dawk fil-qasam tat-turiżmu li qalu li kien hemm modi oħra kif wieħed seta’ jlissen l-oġġezzjoni tiegħu milli bi protesti bħal dawn li jbeċgħu t-turisti u jagħtu isem ħażin il-pajjiż.
//= $special ?>