Lokali

Sewwieq ta’ mutur l-istpar wara ħabta fil-Gżira

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00 a.m. fi Triq Rue D’Argens, meta seħħ impatt bejn il-mutur u karozza.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-isptar għall-kura.

Sa issa mhux magħrufa l-kundizzjoni tas-sewwieq.