Michael O’Leary, is-CEO tar-Ryanair, esprima l-frustrazzjoni tiegħu għall-mod kif qed jimxi l-Gvern Ingliż fil-konfront tal-Brexit u hedded li jirtira t-titjiriet mir-Renju unit lejn l-Ewropa jekk qabel Settembru tal-2018 ma jkunx hemm qbil dwar is-settur tal-avjazzjoni.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Londra, O’Leary qal li l-Gvern Ingliż ma jafx x’jaqbad jagħmel jekk in-negozjati ma jmorrux tajjeb.
Ix-xahar li għadda l-kap tar-Ryanair f’laqgħa mal-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar it-Trasport u t-Turiżmu, li hemm bżonn urġenti dwar ftehim dwar il-qasam tal-avjazzjoni qabel ma jseħħ il-Brexit inkella kien hemm prospett reali li se jieqfu t-titjiriet bejn l-Ewropa u r-Renju Unit għal ġimgħat jekk mhux xhur ladarba jseħħ il-Brexit f’Marzu tal-2019.
Hu żied ukoll li jittama li l-Brexit ifalli biex hekk ir-Renju Unit ikun sfurżat li jibqa’ membru tal-Unjoni Ewropea.
L- easyJet diġa bdiet tieħu passi biex tipproteġi ruħha mill-Brexit billi applikat għal permess biex tuża l-Awstrija bħala bażi u bekk tkun tista’ tkompli ttir fl-UE.
//= $special ?>