Tifel ta’ 13-il sena fiż-Żejtun, iddaħħal l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li ttajjar fiż-Żejtun stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30 ta’ waranofsinhar fi Triq San Girgor, bit-tifel jittajjar minn karozza tat-tip Peugeot 208 li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 34 sena minn San Ġiljan.
It-tifel ittieħed l-isptar minn tim mediku li wasal fuq il-post.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
//= $special ?>