Lokali

Żewġ prodotti tat-trabi irtirati mis-suq

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali javża li żewġ prodotti tat-trabi tad-ditta Nestle’ Cerelac kienu rtirati mis-suq. Dan wara li d-Direttorat irċieva avviż permess tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf mħaddma bejn l-iStati Membri tal-Unjoni Ewropea li ingredjent f’dawn iż-żewġ prodotti – id-dqiq – li seta’ intuża f’dawn il-prodotti, instab li kellu livell ta’ kimika partikolari (polyciclic aromatic hydrocarbons) li huwa iktar milli permess bil-liġi.

Id-Direttorat qed jagħmel dan l-avviż pubbliku peress li l-kumpanija involuta ddikjarat li parti mill-konsenja laħqet inbiegħet.

Id-dettalji taż-żewġ prodotti huma dawn:

Deskrizzjoni tal-Prodott:  3 cereals with milk
Ditta:  Nestlè Cerelac
Data tad-durabbilità:  07-2018
Lott:  L70090291
Piż:  400g
Oriġini:  Spanja

Deskrizzjoni tal-Prodott:  Mixed fruits and wheat with milk
Ditta: Nestlè Cerelac
Data tad-durabbilità: 06-2018
Lott: L63580291
Piż: 400g
Oriġini: Spanja

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.