Il-kantawtur Taljan Zucchero se jkun qed jagħti kunċert fl-MFCC f’Ta’ Qali is-Sibt.
Bħala parti mill-Black Cat World Tour 2017,il-kantant se jkanta diski mill-album tiegħu li ħareġ fl-2016 bl-isem Black Cat, kif ukoll xi wħud mid-diski ikoniċi li ħareġ tul is-snin bħal ‘X colpa di chi?’, ‘Diavolo in me’,‘Baila (Sexy Thing)’,u‘Il volo’.
Zucchero huwa famuż madwar id-dinja bħala missier il-blues Taljan, u bir-raġun, għax matul l-aħħar tletin sena biegħ ’il fuq minn 60miljun diska u rebaħ għadd ta’ premjijiet, fosthom żewġ World Music Awards ,sitt Europe Platinum Awards, erba’ Festival bar Awards, disa’Wind Music Awards, u anke nomina għal GrammyAward.
Il-kunċert tas-Sibt f’Malta se jkun qed isir wara t-tour dinji li għamel suċċess kbir u li matulu ta 120 kunċert fuq perjodu ta’ 12-il xahar.
//= $special ?>