Lokali

APPELL BIEX TINSTAB: Ilha mitlufa tlett ijiem

Ħarbet f'anqas minn 24 siegħa wara li adottawha

Għadha għaddejja t-tfittxija għall-kelba Hannah illi intilfet tlett ijiem ilu. Il-kelba, tar-razza Beagle, għandha biss sena.

Kienet Stef Bugeja li fuq Facebook għamlet appell biex tinstab din il-kelba. NetNews għamel kuntatt ma’ Etienne Borg li hu l-għarus ta’ Stef, illi spjegalna kif kien nhar it-Tlieta meta l-kelba ħarbitilhom waqt li kienu barra petshop.

“Adottajna lill-kelba nhar it-Tnejn u f’24 siegħa tlifniha. Għalhekk qed nagħmlu l-appell għall-għajnuna”, spjega Etienne.

Min ikollu xi informazzjoni jew jara din il-kelba jista’ jċempel fuq 79302591, 79091864 jew 79522088.

Min isib il-kelba se jingħata premju fi flus, u l-individwu jista’ jżomm ruħu anonimu.