L-għeluq tat-toroq li jagħtu l’barra minn Ħad-Dingli minħabba sit ta’ konstruzzjoni u inċident tat-traffku għalqu kważi għal kollox l-aċċess għal barra lejn Ħad-Dingli.
Kien minn kmieni filgħodu li fi Triq il-Għajn viċin il-Kappella ta’ Santa Duminka ngħalqet għat-traffiku minħabba krejn. Din hi t-triq ewlenija li d-Dinglin jużaw biex joħorġu minn Ħad-Dingli.
Għal ħabta tad-disgħa, vettura privata tajret mutur hi u ddur lejn Triq San Ġwann Bosco. Fortunatament jidher li s-sewwieq tal-mutur ma weġġax għalkemm ingħalqet parti mit-triq bil-konsekwenza li l-karozzi tal-linja bilkemm setgħu jgħaddu. Uħud mir-rottot diġa kienu tard waqt li karozzi tal-linja oħra baqgħu ma tfaċċawx.
Il-problema kompliet tikber minħabba li fi Triq Ħal-Tartarni, użata minn ħafna nies biex mir-Rabat jidħlu lejn Ħad-Dingli, kienet magħluqa minħabba sit ieħor ta’ konstruzzjoni. Dan wassal biex ħafna iduru mill-Buskett u jeħlu fejn seħħ l-inċident.
//= $special ?>

