“Napprezza s-sehem tal-kandidati kollha għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN. Bħalha persuna li ilni nservi fil-politika, u li naf kemm dan hu mument kruċjali għall-PN, konvint li l-esperjenza twila ta’ Chris Said tagħmlu laħjar għażla. Bl-esperjenza li għandhu, Chris l-aħjar kandidat biex jgħaqqad u jsaħħaħ il-Partit. Ħaġa waħda li jien żgur ċert minnha hija li Chris huwa persuna li jwettaq dak li iwiegħed – u dak li għandna bżonn biex nimxu ‘l quddiem. Dan qalu l-Membru tal-Parlamentari Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista David Casa meta l-Ħamis filgħaxija indirizza attività politika fil-każin tal-PN fiż-Żurrieq.
Min-naħa tiegħu, filwaqt li rringrazzja lil David Casa tal-appoġġ, ilkandidat għall-Kap tal-PN Chris Said Said tenna l-impenn tiegħu li jaħdem biex jgħaqqad il Partit u jissaħħaħ. Chris Said spjega kif bħala Kap tal-PN se jaħdem darba f’ġimgħa minn lokalità differenti, li każini tal-PN ma jinbiegħux u li min hu ġenwin u ħassu mweġġa’ mill-PN imur għandhu hu biex mill-ġdid il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jsir id-dar naturali ta’ kull min hu ġenwin.
Il-kandidat għall-Kap tal-PN tenna l-impenn tiegħu li jagħti free vote fuq suġġetti morali u etiċi. Dwar dan qabel Edwin Vassallo li l-Erbgħa filgħaxija appoġġja l-kandidatura ta’ Chris Said għall-kariga ta’ Kap talPartit Nazzjonalista.
//= $special ?>