Ir-raba’ episodju ta’ Game of Thrones li suppost kellu joħroġ nhar il-Ħadd (ħin Amerikan) li ġej, ġie mxandar fuq l-internet qabel iż-żmien. Dan seħħ wara hacking fis-sistema tal-kumpanija li tipproduċi dan is-serje tant popolari televisiv, HBO.
Dan il-hacking seħħ aktar kmieni din il-ġimgħa, u llum ġie ppublikat dan l-episodju. Skont l-aħħar rapporti, il-hackers serqu total ta’ 1.5 terabyes ta’ data mis-servers tal-HBO – fejn ftit tal-jiem ilu wkoll kienu ġew ippublikati siltiet mill-iscripts tal-atturi.
L-episodju li ġie mxandar, ‘The Spoils of War’ hu r-raba’ episodju minn dan l-aħħar staġun tas-serje Game of Thrones. Kif jidher fl-iscreen shot li hu meħud mill-episodju hawn taħt, l-episodju li ġie mxandar kien intenzjonat biss li jintwera internament mill-produtturi tas-serje – u għaldaqstant għandu kwalita’ baxxa. Filfatt fin-naħa ta’ fuq tidher il-kitba “For internal viewing only”.
Din mhijiex l-ewwel darba li episodju ta’ Game of Thrones ġie mxandar qabel iż-żmien, hekk kif l-ewwel erba’ episodji tal-ħames staġun ta’ Game of Thrones ġew mxandra wkoll fuq l-internet.
Dan hu t-trailer tar-raba’ episodju tas-seba’ staġun li ġie mxandar qabel iż-żmien mill-hackers:
//= $special ?>