Jekk sa tmiem il-ġimgħa d-dieħla, l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel ma tirċivix il-kontro-proposti dwar il-ftehim settorali tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN se tkun qed tordna direttiva industrijali.
Jekk ma jsirx kif mitlub l-infermiera u l-qwiebel kollha li qed jaħdmu fl-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa kif ukoll fid-djar tal-anzjani, se jkunu qed josservaw id-direttivi ordnati mill-MUMN, bil-konsegwenza li jkun affetwati b’mod serju s-servizzi tas-saħħa u tal-anzjani fil-pajjiż.
L-MUMN qalet li l-aħħar laqgħa saret aktar minn xahrejn ilu u l-isforzi kollha tal-union għal-laqgħa ma ħallew l-ebda frott.
Il-Kunsill ta’ din il-union qal li mhux lest jittollera din it-tip ta’ attitudni mill-uffiċjali tal-Gvern kull darba li jkun hemm bżonn laqgħa.
L-MUMN tenniet li l-infermiera u l-qwiebel jixraqilhom aħjar.
//= $special ?>