Lokali

In-Nazzjon 04.08.2017

L-aħħar żviluppi fil-każ tad-dokumenti dwar il-kumpanija sigrieta Egrant huma elenkati fl-istorja ewlenija ta’ In-Nazzjon tal-lum hekk kif il-whistleblower telqet minn Malta minħabba intimidazzjoni. Ir-rapport dettaljat ta’ Mario Frendo jagħti l-aħħar żviluppi fil-każ.

Ir-ritratt tal-ewwel faċċata juri l-Prinċep Philip, id-Duka ta’ Edinburgh fl-aħħar t’attività bħala parti mid-doveri rjali tiegħu.

Stejjer oħra jittrattaw r-reazzjoni tal-Prim Ministru Muscat dwar id-deċiżjoni tal-Qorti li ssir investigazzjoni kriminali dwar l-iskandlu tal-Panama Papers, is-sitwazzjoni dwar Mater Dei u kif apparat mediku mhux qed ikun sterilizzata, il-ħatra taċ-Chairman ġdid tal-APS, it-tnaqqis fir-riżerva tad-demm u aħbarijiet oħra relatati mal-elezzjoni tal-Kap ġdid tal-PN.

Kull nhar ta’ Ġimgħa, Joe Zahra jagħmel l-analiżi tiegħu u llum jidħol fid-dettall dwar kif qed tonqos in-nefqa fuq it-toroq minflok tiżdied.