Futbol Sport

Neymar preżentat bħala plejer ta’ PSG

Iċ-Chairman ta' PSG Nasser Al-Khelaif mal-attakkant Neymar waqt il-preżentazzjoni (Ritratt: EPA)

L-attakkant Brażiljan Neymar kien preżentat bħala l-aħħar akkwist ta’ PSG wara t-trasferiment rekord ta’ €222 miljun li seraq l-attenzjoni tad-dilettanti tal-futbol internazzjonali.

Neymar ċaħad li hu ngħaqad ma’ PSG minħabba li hu ma kienx l-istilla ma’ Barcelona. Il-Brażiljan iffirma kuntratt ta’ ħames snin mat-tim Franċiż li għandhom il-mira li jerġgħu jsiru Champions ta’ Franza kif ukoll li jirbħu ċ-Champions League.

“Jien ridt niġi Pariġi u kienet biss marbuta li kont qed infittex sfida ġodda. Ma kontx għaliex ma kontx l-istilla ma’ Barcelona, għaliex dħalt tajjeb fit-tim. Dan mhux dak li qed infittex hawn. PSG ħaqqhom li jirbħu t-trofej, u dak li jimmotivani, irrid noħlom li nirbaħ aktar,” qal il-Brażiljan.

Neymar qal ukoll li d-deċiżjoni li jħalli lil Barcelona ma kinitx minħabba finanzi u qal li seta’ kellu aktar salarju ma’ klabbs oħra f’kampjonati differenti. “Qatt ma kont motivat minħabba l-flus. Dejjem ħsibt fuq kollox dwar il-kuntentizza tal-familja tiegħi, irrelevanti mill-flus. Jiddispjaċini li xi nies jaħsbu li dan hu l-każ,” kompla Neymar.

L-attakkant rebaħ iċ-Champions League u żewġ kampjonat fl-erba’ snin fin-Nou Camp, iżda jemmen li PSG se joffruli l-opportunità li jirbaħ aktar unuri. “Għalhekk qiegħed hawn. Irrid nagħti l-aħjar tiegħi biex ngħin lill-klabb jirbaħ it-trofej. Kienet waħda mill-aktar deċiżjonijiet diffiċli li qatt ħadt.”

Sadanittant, is-sid tal-klabb Nasser Al-Khelaifi jinsab kunfidenti li t-tim Franċiż jistgħu jagħmlu profitt mill-akkwist, b’referenza għas-somma kbira tat-trasferiment.

Mijiet ta’ partitarji ta’ PSG kienu fil-ħanut uffiċjali tal-klabb fil-kapitali Franċiża, qabel mal-plejer kien preżentat, biex jixtru l-flokk tiegħu. “Illum jista’ jitqies bħala trasferiment li jiswa l-flus, iżda fi żmien sentejn jista’ jkun li ma jkunx għadu. Se nagħmlu l-flus flimkien fis-snin li ġejjin għaliex il-proġett hekk hu. Għalija hu trasferiment fantastiku. Dwar il-Financial Fair Play, dejjem konna trasparenti,” kompla Al-Khelaifi.

Neymar jista’ jagħmel id-debutt għal PSG għada meta jibdew il-kampjonat tagħhom kontra Amiens.