Futbol Sport

Polza faċli għal Milan fil-play-offs tal-UEFA Europa League

Jitilgħu l-poloz tal-play-offs tal-UEFA Europa League

Wara l-poloz tal-play-offs tal-UEFA Champions League, telgħu wkoll il-poloz tal-play-offs tal-UEFA Europa League. L-attenzjoni prinċipali ddur fuq l-aktar timijiet popolari f’din il-kompetizzjoni b’Milan ikollhom polza faċli kontra t-tim mill-Maċedonja FK Shkendija.

It-tim ta’ Apollon Limassol li magħhom jilgħab Andrè Schembri, telgħu biex jilagħbu kontra t-tim Daniż ta’ Midtylland. It-timijiet ta’ Red Star Belgrade, Videoton, Utrecht u Red Bull Salzburg li eliminaw lit-timijiet Maltin fil-kompetizzjonijiet Ewropej, kollha għandhom avversarji insidjużi

Il-programm kollu hu:

FK Shkendija (Maċedonja) v Milan (Italja)

Vardar (Maċedonja) v Fenerbahce (Turkija)

Ajax (Olanda) v Rosenborg (Norveġja)

Osijek (Kroazja) v Austria Vienna (Awstrija)

Red Star Belgrade (Serbja) v Krasnodar (Russja)

Altach (Awstrija) v Maccabi Tel-Aviv (Iżrael)

BATE Borisov (Belarus) v Olexandriya (Ukrajna)

Club Brugge (Belġju) v AEK Athens (Greċja)

Maritimo (Portugall) v Dynamo Kyiv (Ukrajna)

Dinamo Zagreb (Kroazja) v Skenderbeu (Albanija)

Ludogorets (Bulgarija) v Suduva (Litwanja)

Panathinaikos (Greċja) v Athletic Bilbao (Spanja)

Apollon Limassol (Ċipru) v Midtylland (Danimarka)

Domzale (Slovenja) v Olimpique Marseille (Franza)

Partizan Belgrade (Serbja) v Videoton (Ungerija)

FH (Iżlanda) v Braga (Portugall)

Everton (Ingilterra) v Hajduk Split (Kroazja)

Utrecht (Olanda) v Zenit (Russja)

Legia Varsavja (Polonja) v Sheriff (Moldova)

Viitorul (Rumanija) v Red Bull Salzburg (Awstrija)

Viktoria Plzen (Repubblika Ċeka) v AEK Larnaca (Ċipru)

PAOK (Greċja) v Ostersund (Żvezja)