Lokali

Raġel jintlaqat minn trakk f’Ta’ Xbiex

Jingħata l-ewwel għajnuna minn nies li kienu għaddejin fil-post

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn trakk f’Ta Xbiex.

Kien għall-ħabta tad-disgħa u kwart, li l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-għajnuna tagħha ix-Xatt Ta’ Xbiex, Ta’ Xbiex minħabba li kien seħħ inċident inċident tat-traffiku.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fil-post u minn stħarriġ prelimari irriżulta li raġel ta’ 62 sena, residenti l-Gżira, għal xi raġuni ntlaqat minn trakk tat-tip ERF li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 47 sena mil-Marsa.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura u iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.