Internazzjonali

It-Torch Tower tad-Dubaj maħkum min-nirien għat-tieni darba

Il-famuż skyscraper bl-isem Torch Tower, fid-Dubaj (fl-Emirati Għarab), inħakem min-nirien għat-tieni darba f’sentejn, bir-riżultat li diversi partijiet jaqbdu tal-bini spiċċaw fit-toroq ta’ madwarha.

L-awtoritajiet, aktar tard, qalu li l-ħaddiema tad-difiża ċivili ‘evakwaw b’suċċess’ in-nies minn dan il-bini u li n-nirien, maż-żmien, kienu kontrollati.

It-Torch Tower hu meqjus fost l-itwal bini fid-dinja u l-awtoritajiet ma jafux eżatt x’wassal għan-nirien, li qabdu fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa.

In-nies li nġabru fiz-zona qablu li kienu qed jassitu għal ‘xeni tat-twerwir’ u li s-servizzi għall-emerġenzi waslu b’urġenza fl-inħawi.

Filwaqt li bdew l-isforzi biex is-sitwazzjoni tinġieb taħt kontroll, ir-residenti tat-Torch Tower kienu evakwati minnufih mill-bini inkwistjoni u fejn intbagħtu f’bini oħra. L-awtoritajiet irrappurtaw li ma rriżultawx midruba u l-fatt li kien salva kulħadd, aktar tard, kien ikkonfermat mill-uffiċċju stampa tal-Gvern tad-Dubaj.

Fl-2015, kienet qamet ħuġġieġa oħra li wettqet ħsarat estensivi lill-istess Torch Tower u fejn ukoll seħħet l-evakwazzjoni ta’ mijiet ta’ persuni.