Ajruplan tal-Air Malta, jinsab maqbud fl-ajruport ta’ Orly ta’ Pariġi minħabba ħsarat tekniċi.
Fi stqarrija l-Linja Nazzjonali tal-Ajru qalet li enġiniera tagħha jinsabu fi triqithom lejn Pariġi biex jispezzjonaw u jsewwu l-ħsara fl-ajruplan.
Intant, il-Linja Nazzjonali pprovdiet akkomodazzjoni u anke ikel lil dawk il-passiġġiera li kellhom ikunu fuq din it-titjira lejn Malta (KM 467).
Apparti minn hekk, l-Air Malta qalet li konsegwenza ta’ dan numru ta’ titjiriet tal-Air Malta li kienu skedati għal-lum is-Sibt se jittardjaw. Fost dan se jkun hemm dewmien fuq it-titjirijiet KM116/7 minn u lejn Gatwick f’Londra u t-titjiriet KM102/3 minn u lejn Heathrow f’Londra.
L-Air Malta qalet li se tkun qed toffri assistenza lil dawn il-passiġġieri fosthom ikel u anke l-kumpens skont il-liġi.
//= $special ?>