“X’pajjiż qed inħejju għat-tfal u ż-żgħażagħ meta anke llum eluf ta’ familji qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-ħajja u jwasslu l-paga sa l-aħħar tax-xahar?” Dan qalu Adrian Delia, Kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap PN, meta ndirizza l-ġurnalisti f’konferenza ta l-aħbarijiet ġewwa l-Iskate-park f’Tal-Qroqq, l-Misida.
“Ninsabu hawn fl-iskate-park fejn hafna tfal u żgħażagħ jiġu jiddevertu ruħhom imma għada pietgħada se jibnu l-familji tagħhom, se jkollhom relazzjonijiet differenti u se jkollhom bżonn xogħol li jrendi, saqaf fejn jgħixu u livel t’għaxien tajjeb,” qal Adrian Delia li għażel t-tema soċjali bhala s-suġġett għall-konferenza ta l-aħbarijiet. “Ġejna hawn ukoll għaliex ma naqbilx li l-problemi soċjali huma xi ħaġa elskussiva għan-naħa t’isfel ta’ Malta kif hawn min jaħseb. Il-familji Maltin qed isibuha diffiċli jlaħqu ma l-ispejjeż kullimkien,” kompla Adrian Delia.
Hu sostna li fil-fehma tiegħu hemm tlett kwestjonijiet ta’ inkwiet prinċipali. Dawn huma:
- Pagi u kundizzjonijiet li qed jitnaqqru-
- Kirjiet għoljijn u aċċess għall-flus biex tixtri limitat
- Problemi personali dejjem jikbru u jikkumplikaw ruhom.
Adrian Delia qal li jekk jingħata l-privileġġ li jsir Kap tal-PN qed iwiegħed minn issa li dawn isiru l-priorita fl-agenda tal-PN.
“Il-Gvern Laburista jridna nemnu li l-aqwa żmien għadu ġej. L-aqwa żmien għal min?,” staqsa Adrian Delia. “Għal min għandu l-ħbieb fiċ-ċrieki ta’ Kastilja? IVA.Għal min tpoġġa fuq kuntratt tax-xogħol u ma jafx fejn se jkun fi żmien sena jew tnejn? LE. Għal min hu magħżul u qed jingħata direct order wara l-ieħor? IVA.Għal min ma jistax jissellef biex jixtri post minħabba li parti mid-dħul tiegħu jieħdu fuq l-idejn u qed ikollu jikri bil-għoli? LE.Għal min qed ibiegħ iċ-ċittadinanza u jieħu elfu f’commission? IVA.Għal min l-ispejjeż kollha marbuta ma l-edukazzjoni ta’ uliedu qed jixorbu parti kbira mil-paga? LE.Għal min jagħżel hu jew hi liema u kemm-il promotion jieħdu biex ikabbru s-salarju? IVAGħal dawk li għandhom bżonn il-mediċini, speċjalment l-anzjani, imma m’humiex intitolati u jispiċċaw jonfqu l-penzjoni fuq il-pirmli jew ibiegħu l-propjeta tagħhom biex jgħixu f’home? LE.”
Il-PN kien il-partit li ħoloq il-middle-class billi witta kemm felaħ l-inekwalita’ u fetaħ għall-opportunitajiet fl-edukazzjoni, fin-negozju u s-settur publiku qal Adrian Delia. “Iżda waqt li l-PN kien mgħedi joħloq l-opportunitajiet u jġib lejn pajjiżna l-investiment, ma waqfx biex jisma lin-nies. Ma semgħax lil min kien qed jgħidlu ‘ma nistax inlaħħaq mal-ħajja mgħaġġla li ħloqna’. Ħsibna li billi noħolqu l-ġid, ikun biżżejjed,” tenna Delia mal-ġurnalisti.Proposti konkreti:“Qed nipproponi li mill-Oppożizzjoni nintabtu li jkolna analiżi dettaljata tas-sitwazzjoni tal-familji li trid tiġi aġġornata kull sena. Bl-informazzjoni f’idejna nistaw immorru fil-Parlament u nipproponu liġijiet biex iħarsu lil dawk li m’humiex fqar, iżda li lanqas għaddejjin xalata kif iridna naħsbu l-Gvern,” sostna Adrian Delia.
“Nintrabat li l-analiżi tal-budget ta’ kull sena mill-PN tkun tinkludi miżuri speċifiċi li jisalvagwardjaw lil dawk li m’humiex ilaħqu bil-paga biss. Din tinkludi, iżda mhux biss:
- Riforma fit-taxxa li jħalsu familji li jikru
- Inċentivi aħjar għal persuni li jridu jixtru l-ewwel daro Programmi mfasla fuq ir-riċerka soċjali li jgħinu familji fil-bżonn ta’ family planning
- Żieda fl-għajnuna soċjali lil min qed idur b’xi ħadd fil-bżonn.
Adrian Delia għalaq il-konferenza ta l-aħbarijiet billi qal li dawn huma l-punti prinċipali fil-programm tiegħu iżda magħhom għandhom jiżdiedu oħrajn li l-partit irid jaddotta wara diskussjoni interna li tinkludi l-kumitati f’kull lokalita, l-kunsilli lokali u l-esperti. “Dawn se nkunu qed nisħqu fuqhom tul il-ħames snin fl-oppożizzjoni u l-Mod Ġdid li nixtieq li bih immexxi hu li x-shadow cabinet tagħna jidħol f’diskussjoni diretta mal-Ministri tal-gvern biex fejn hemm lok li l-ideat tagħna jitwetqu minn issa għall-ġid tan-nies dan iseħħ. Min-naħa l-oħra fejn il-Gvern ikaxkar saqajh għal raġunijiet partiġġjani se nofru oppożizzjoni qawwija sakemm il-gvern jisma,” qal Adrian Delia.
//= $special ?>