Anzjana ta’ 74 sena minn Ħad-Dingli mietet wara li l-bieraħ ttajret minn żewġha bi żball waqt li kien qed jirriversja.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta tal-4.45pm fi Triq l-Imnarja, Ħad-Dingli.
L-Anzjana kienet qed tgħin lil żewġha ta’ 71 sena waqt li kien qed jirriversja, fejn allegatament f’ħin minnhom kien aljenat u ma ndunax li kienet qiegħda warajh, b’konsegwenza li laqatha u għadda minn fuqha.
Il-mara ttieħdet l-isptar iżda ġiet iċċertifikata mejta ftit wara.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.
//= $special ?>