Elezzjoni Kap PN Lokali

Id-Deputat David Stellini jiddikjara l-appoġġ għall-kandidatura ta’ Chris Said

Id-Deputat Għawdxi David Stellini iddikjara li se jappoġġja lid-Deputat Chris Said fl-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Waqt attivita ilbieraħ filgħaxija fl-uffiċċju tal-AŻAD fil-Belt Valletta, David Stellini qal; “Nawgura lill-kandidati kollha. Lil Chris Said nafu. Naf li jwettaq. Naf li hu viżjonarju.  Bħala Deputat ġdid nemmen li bl-esperjenza li għandu Chris jgħaqqad lill-Partit Nazzjonalista u jsaħħu mill-ġdid.”