Ilbieraħ filgħaxija, wasal Malta n-Nunzju Appostoliku l-ġdid, l-E.T. Mons. Alessandro D’Errico, Arċisqof Titulari ta’ Carini.
Mons. D’Errico ġie milqugħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech, il-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi u Mons. Simon Sanchez min-Nunzjatura Appostolika.