Id-Deputat Claudio Grech inawgura proġett tal-Fondazzjoni Save a Life; ir-restawr u rijabilitazzjoni ta’ sala ewlenija fil-każin tas-Soċjeta’ Mużikali San Ġużepp fil-Ħamrun.
Ix-xogħol strutturali hu l-ewwel minn żewġ partijiet. Minbarra ix-xogħol strutturali, il-proġett jinkludi wkoll biex l-iskola tal-Mużika Carmelo Doneo fl-istess soċjeta’, tiġi ttrasformata f’Akkademja mużikali li minnha mistenni li jieħdu tagħlim estensiv mijiet ta’ żagħżagħ Ħamruniżi u minn lokalitajiet oħra.
Fid-diskors tiegħu, Claudio Grech qal li dan l-istpazju ġdid ser iwassal biex inwettqu ħolma oħra; dik li fis-Soċjeta’ Mużikali San Ġużepp noħolqu Akkademja Mużikali għat-tfal u ż-żagħżagħ.
Il-Fondazzjoni Save A Life twaqqfet mid-Deputat Claudio Grech, flimkien ma’ martu Charmaine fl-2013 u għandha bħala għan li b’mod attiv tgħin lil komunitajiet u organizzazzjonijiet fil-lokalitajiet tal-ewwel distrett biex joffru spazju u jipprovdu inizzjattivi immirati għat-tfal u ż-żagħżagħ f’dawn il-lokalitajiet. Il-finanzjament prinċipali ta’ din il-fondazzjoni ġej mill-Onorarja Parlamentari li Claudio Grech jieħu bħala Membru Parlamentari.
B’kollox saru għaxar proġetti, li minnhom qed igawdu madwar elf tifel u tifla. Bħalissa il-Fondazzjoni Save a Life għaddejja b’ħidma biex jingħata bidu għal komunita’ terapewtika u ta’ rijabilitazzjoni mid-droga.
//= $special ?>