Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li ċeda bih saqaf ta’ washroom fil-Fgura

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Raġel ta’ 42 sena mill-Fgura weġġa’ gravi meta s-Sibt filgħaxija ċeda bih saqaf ta’ washroom fid-dar tiegħu stess.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00 fi Triq Mater Boni Consilii, waqt li r-raġel kien qed jaħdem b’jigger fuq is-saqaf tal-washroom. Kien f’dan il-ħin li s-saqaf ċeda u r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Hekk kif ċeda s-saqaf, ir-raġel spiċċa taħt it-tifrik. Fuq il-post waslu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li ħarġu r-raġel minn taħt it-tifrik.

Ir-raġel ttieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza u kien ċertifikat li sofra ġrieħi gravi.