Aktar kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt tal-eks plejer tal-futbol Joe Cilia fl-età ta’ 79 sena. Cilia rebaħ kull unur fil-futbol Malti u kien l-ewwel plejer li rebaħ il-Plejer tas-Sena darbtejn wara li għamel dan fl-istaġuni 1957/58 u 1963/64.
Cilia kien beda l-karriera tiegħu ma’ Rabat fl-istaġun 1953/54 biex tliet staġuni wara ngħaqad ma’ Valletta. Fl-aqwa tal-karriera tiegħu, Joe Cilia emigra lejn l-Awstralja fejn kompla jilgħab bħala plejer/kowċ ma’ Melita Eagles u bħala plejer ma’ Sutherland u Corinthians bejn l-1964 u l-1972, biex imbagħad reġa’ ngħaqad ma’ Valletta għal sentejn.
Joe Cilia kien ukoll parti mill-ewwel logħba internazzjonali ta’ Malta kontra l-Awstrija. Proprju fi Frar li għadda, Cilia kien preżentat bi plakka kommemorattiva biex jitfakkar is-60 sena anniversarju.
//= $special ?>