Il-kantawtur Taljan Zucchero illejla se jkun qed jagħti kunċert fil-miftuħ fl-MFCC f’Ta’ Qali.
Bħala parti mill-Black Cat World Tour 2017, il-kantant se jkanta diski mill-album tiegħu li ħareġ fl-2016 bl-isem Black Cat, kif ukoll xi wħud mid-diski ikoniċi li ħareġ tul is-snin bħal ‘Baila (Sexy Thing), u‘Il volo’.
Zucchero huwa famuż madwar id-dinja u biegħ ’il fuq minn 60 miljun diska. Fil-karriera ta’ aktar minn 30 sena Zucchero rrekordja 13-il album u tliet compilation albums.
Bhalissa f’Malta hawn ukoll il-kantawtur Michael Bolton. Bolton għamel kunċert il-ġimgha f’Dar il-Mediterran għal Konferenzi u se jagħmel ieħor il-Ħadd.
Bolton rebaħ żewġ grammy awards u biegħ aktar minn 65 miljun diska.



