Elezzjoni Kap PN Lokali

Adrian Delia jappella għall-għaqda u jitlob lill-MPs biex jappoġġjawh fis-silenzju u mhux fil-pubbliku

“Irrid nara Grupp Parlamentari u Partit maqgħud minn issa u mhux wara li tivvotawli biex insir Kap. Fid-dawl tad-diskussjoni miftuħa li qed issir bhalissa fil-PN qiegħed umilment nitlob lid-Deputati Parlamentari kollha li kienu qed iħejju biex jappoġġawni fil-publiku, kif miftehim mat-tim tal-kampanja tiegħi, biex jibqaw lura u minflok jtuni l-appoġġ tagħhom fis-silenzju sabiex l-ebda azzjoni jew diskors ma jintuża mill-avversarji tagħna kontra l-Partit Nazzjonalista.  Bhalissa qed tinhass mewġa qawwija għall-Mod Ġdid fil-partit, ejja nwetqu rivoluzzjoni siekta biex flimkien, magħqudin taħt bandiera waħda, ir-rebħa tagħna terġa tkun.”

Dan hu messaġġ li ħareġ illum Adrian Delia, kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN, b’reazzjoni għall-attakki kontra l-Partit Nazzjonalista u l-Kap Simon Busuttil mill-esponenti Laburisti li qed jogħxew jaraw Nazzjonalisti jikkritikaw lil xulxin wara t-telfa ta’ Ġunju li għadda.

Sadattant, Adrian Delia kien intervistat fil-gazzetta il-Mument fejn qal li “bhala Kap ta l-Oppożizzjoni nixtieq nara Grupp magħqud li jaħdem bhala team wieħed għall-ġid tan-nies. Ma nixtieqx li nkunu Oppożizzjoni li tikkritika kollox akkost ta’ kollox. Dak li hu tajjeb ngħidulu tajjeb u dak li hu ħażin nipproponu soluzzjoni aħjar.”