Lokali

Drummers Sqallin bi spettaklu f’Ħal Lija

Għal din is-sena, fil-festa tas-Salvatur f’Ħal Lija ġew mistednin drummers Sqallin li qed jgħatu spettaklu mill-isbaħ. Id-drummers jagħmlu parti minn żewġ gruppi ta’ madwar 200 persuna mill-villaġġ Militello.

Dawn il-gruppi nġiebu f’Malta wara li ntlaħaq ftehim ta’ ġemellaġġ bejn iż-żewġ lokalitajiet u bħalissa qed jieħdu sehem f’programm li sar għall-festa mis-Soċjeta’ Mużikali ta’ San Piju 10 f’Ħal Lija.

Il-grupp ta’ drummers qed jieħdu sehem kemm f’attivitajiet esterni kif ukoll fil-Knisja. Dan sar bi ftehim mill-banda San Piju 10 mal-villaġġ Militello.

Wara li l-gruppi Sqallin ġew f’Malta issa jmiss lil grupp mis-Soċjeta’ Mużikali ta’ San Piju 10 li jmorru f’Militello għall-festa tagħhom. L-Arcisqof Charles Scicluna mistenni jżur Militello fis-17 ta’ Awwissu għall-festa tas-Salvatur.