Waqt tieġ li lbieraħ kien qed isir f’sala tat-tiġijiet f’Ħal Far, spiċċat biex żviluppat ġlieda u l-isbaħ ġurnata ta’ koppja spiċċat biex saret infern.
Jirriżulta li għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu żviluppat ġlieda bejn xi persuni fis-sala, il-ġlieda eskalat tant li żewġ uffiċjali tal-Pulizija li kienu xogħol fis-sala, Surġent u kuntistabbli, spiċċaw sofrew xi ġrieħi.
Kien hawn li ntalbet l-għajnuna tal-Pulizija tad-Distrett u tal-RIU. Hawnhekk kien arrestat raġel.
Fuq il-post issejħet ukoll ambulanza minħabba l-ġrieħi li sofrew l-uffiċjali tal-Pulizija.
//= $special ?>