Pajjiżna jista’ jgawdi minn proġett massiċċ li aktarx isir fid-deżert Sahara, fl-Afrika, u li qed isir ukoll bil-kollaborazzjoni ta’ investiment Malti.
Dan hekk kif il-kumpanija TuNur applikat għal permess mal-Ministeru tal-Enerġija tat-Tuneżija biex tiżviluppa solar farm fid-deżert Sahara, qrib Rijm Maatoug li se tkun kapaċi tiġġenera 4.5 GigaWatt ta’ enerġija destinata li tisspulixxi lill-Ewropa.
TuNur hi nvoluta wkoll fl-importazzjoni ta’ vetturi, l-industrija tal-vapuri kif ukoll iż-żejt u l-gass, biċ-Chairman tagħha hu Joseph Zammit minn Zammit Group. Zammit Group u numru ta’ investituri mit-Tuneżija għandhom 50% tal-ishma ta’ TuNur waqt li n-nofs l-ieħor huma f’idejn il-kumpanija Ingliża Nur Energie.
Il-proġett se jkun possibbli wkoll grazzi għal Malta hekk kif minn taħt pajjiżna se jgħaddu tliet submarine cables – waħda li tissuplixxi lil Malta, oħra lill-Italja u t-tielet cable lejn Franza.
Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija, Kevin Sara, iddikjara li l-ewwel parti tal-proġett tista’ tibda taħdem sal-2020 b’investiment ta’ €1.6 biljun li tgħaqqad lil din is-solar farm ma’ pajjiżna permezz ta’ cable li tkun kapaċi twassal enerġija sa 250 MegaWatt.
Jekk din il-fażi sseħħ, dan l-impjant diġa jkun wieħed mill-ikbar li jiġġeneraw l-enerġija mix-xemx. Il-proġett kollu jkun mifrux fuq żona ta’ kważi tliet darbiet il-belt ta’ Manhattan.
//= $special ?>

