10.5 miljun sigarett bil-marka ffalsifikata Karelia mistennija jinqerdu fil-jiem li ġejjin wara deċiżjoni tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili.
Is-sigaretti nstabu abbor il-vapur MSC Savona wara tfittxijiet meta kien qed jinħatt kontejner fil-Port Ħieles. It-tfittxija saret wara li l-Uffiċjali tad-Dwana nnutaw movimenti suspettużi.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Mark Chetcuti, ordnat li s-sigaretti jinqerdu kollha fi żmien tliet xhur.
//= $special ?>

