Sport Sport Ieħor

Alberto Contador se jirtira miċ-ċikliżmu

Iċ-ċiklist Spanjol Alberto Contador żvela li wara li jeħu sehem fil-Vuelta se jirtira mill-isport.

Contador, li għandu 34 sena tliet darbiet it-Tour de France, fl-2007, fl-2009 u fl-2010 imma l-aħħar titlu li rebaħ kien irtirat minħabba li nstab pożittiv għad-doping. Hu kien skonta sospensjoni ta’ ħames xhur u reġa’ beda jikkompeti fl-2012.

Fid-19 ta’ Awwissu se jikkompeti fil-Vuelta u wara li tintemm din il-kompetizzjoni hu se jkun qed jirtira. Contador hu wieħed minn sitt ċiklisti li rebħu l-akbar tliet Tours, il-Vuleta, t-Tour de France u l-Giro d’Italia.

F’kummenti li ta Contador qal li għalih m’hemm xejn aktar speċjali milli jirtira wara li jikkompeti quddiem il-pubbliku tiegħu stess.