Lokali

David Mercieca se jirrapreżenta lil Malta fil-United World College

Il-Kumitat Nazzjonali ħabbar li David Mercieca ha jkun qed jirrapreżenta lil Malta fil-United World College of the Adriatic (UWC) f’Duino fl-Italja.

David Mercieca, student tas-Seminarju Missjunarju ta’ San Pawl mistenni jibda din l-esperjenza ta’ sentejn f’Awwissu li ġej.

David Mercieca qal li din l-esperjenza “ser taspirani sabiex nakkwista ħsieb oriġinali filwaqt li tgħini f’diskussjonijiet dwar kif nistgħu nikkombinaw l-ideat tagħna f’waħda sostennibbli.” Mercieca sostna li issa jixtieq jagħti lura lid-dinja filwaqt li jtejjibha’.

Il-kumitat jawgura lil David u jixtieqlu esperjenza pożittiva li tħalli il-frott u lok ta’ ispirazzjoni.

Minn naha l-ohra, wera l-isbaħ xewqat lil dawk kollha li tefaw l-applikazzjoni tagħhom.