Lokali

Franċiż iweġġa’ gravi f’inċident bil-mutur

Franċiż ta’ 49 sena qed isofri minn ġrieħi gravi.

Dan hekk kif dalgħodu waqt li kien qed isuq mutur tilef il-kontroll tiegħu bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:50 fi Triq it-Torri Tas Sliema.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel Mater Dei għall-kura u iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident ghadha għaddejja.