“Il-Partit Nazzjonalista partit kbir u għandna biex niftaħru bil-passat glorjuż tagħna kif ukoll b’dak li wettaqna kemm domna fil-Gvern. Anzi, għandna niringrazzjaw lill-Prim Ministri u Ministri Nazzjonalisti li bnew l-infrastruttura tal-pajjiż mill-ġdid.”
Dan qalu Adrian Delia, kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap PN meta ndirizza iżjed kunsilliera fl-attivitajiet bhala parti mill-kampanja elettorali tiegħu għall-elezzjoni ta’ Kap PN.
“Il-mewġa favur mod ġdid li għaddejja bhalissa fi ħdan il-PN hi waħda li ttini kuraġġ kbir,” qal Adrian Delia.
Adrian Delia il-bieraħ talab lid-deputati Nazzjonalisti li qed jappoġġjawh biex jagħmlu dan fis-silenzju sabiex iħallu lill-kunsilliera fil-liberta li jagħmlu l-għażla tagħhom fl-elezzjoni tat-2 ta’ Settembru. “Ninsab onorat bl-ammont sabiħ ta’ deputati li offrew l-appoġġ tagħhom iżda biex inkabbru l-għaqda ta’ bejnietna tlabthom biex ma jagħmlux dan publiku.” sostna Adrian Delia.
Hu qal li jekk jingħata l-privileġġ li jmexxi l-PN beħsibu jaħdem ma kull min għandu l-interess tal-partit l-ewwel u qabel kollox. “Ma tridx xi esperjenza partikolari fil-politika biex tifhem li m’għandekx tattakka lil dawk ta l-istess partit tiegħek,” qal Adrian Delia waqt li żied li lil dawk li qed jipprovaw ituh il-gambetti għaliex ġej minn barra l-politika mhux se joħoda kontra tagħhom.
“Wara s-16 ta’ Settembru irridu naħdmu id f’id biex nagħtu lill-pajjiżna Oppożizzjoni li tħares l-interessi tan-nies u partit li jerġa jirbaħ il-qlub u l-imħuħ tal-Maltin biex jerġaw jafdawna bit-tmexxija tal-pajjiż,” temm jgħid Adrian Delia.
//= $special ?>