“Jekk ma nkunux ippreparati l-ħruġ tal-Ingilterra mill-Unjoni Ewropea jista’ jkissirna bħala pajjiż”
Sostna dan il-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli f’filmat li xandar anke fuq il-mezz soċjali ta’ Facebook. Frank Portelli tkellem wkoll dwar kif il-Prim Ministru ta’ pajjiżna ma kellux iħalli lill-Unjoni Ewropea tużah – f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Brexit.
Il-Kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN Frank Portelli semma’ kif l-aħjar pożizzjoni li għandu u kellu jieħu pajjiżna hi li l-Ingliżi ma joħorġux mill-Unjoni Ewropea.
Frank Portelli temm jgħid li fl-aħħar mill-aħħar jiġri x’jiġri għandha nkunu lesti għal dak li qed nistennew li jiġri.
//= $special ?>