Lokali

Kelb imut wara li waqa’ tliet sulari meta tħalla fuq il-bejt f’ġurnata ta’ sħana kbira

Minkejja diversi rapporti ta’ moħrija għal aktar minn sena, ilbieraħ kelb tat-tip Alaskian Malamute waqa’ 3 sulari f’ġurnata ta’ sħana kbira. Persuni li ktellmu ma’ Net News qalulna għal li din l-aħħar sena saru diversi rapporti ma’ l-Animal Welfare dwar kelb li dejjem jitħalla fuq il-bejt, kemm jekk hux xemx tikwi, kemm fix-xita u prattikament f’kull ħin tal-ġurnata. Iżda lbieraħ, f’ġurnata ta’ sħana kbira li ħakmet il-gżejjer Maltin, wara sena ta’ rapporti, il-kelb waqa’ għoli ta’ tliet sulari u miet fit-triq. Il-Kelb jidher li pprova joħroġ miż-żona li saritlu bl-injam, u meta pprova jgħaddi minn fuq iċ-ċint, għal xi raġuni dan waqa’.

Jirriżulta li wara li fl-aħħar xhu rċevew ir-rapporti, l-Animal Welfare għamlet diversi spezzjonijiet tal-kundizzjonijiet li kien qed jgħix fihom dan il-kelb, iżda l-Animal Welfare ma’ ħadet l-ebda azzjoni skont il-persuni li tkellmu magħna. Jidher li s-sidien tal-kelb kienu ċaħdu li l-kelb ikun dejjem fuq il-bejt u qalu li l-kelb jitla’ fuq il-bejt biss minħabba l-bżonnijiet tiegħu. Il-Persuni li tkellmu magħna qalulna li waqt li l-Animal Welfare assigurat li se ssegwi l-każ mill-qrib, dak li ġara lbieraħ jindika li l-animal welfare ma’ salvatx il-ħajja ta’ dan il-kelb.