MaltaPost u l-Bank Ċentrali ta’ Malta mistennija joħorġu prodott konġunt ta’ Silver Foil Replica u munita kommemorattiva. Il-bolla tal-fidda turi l-bolla tal-pustaġġ tat-€3.00 bil-kulur mis-sett 75th Anniversary ‘Operation Pedestal’ 1942 – 2017. Il-bolla turi s-‘Siege Bell War Memorial’ li tinsab qrib il-Ġonna tal-Barrakka ta’ Isfel. Il-monument kien iddisinjat mill-famuż skultur Micheal Sandle u jfakkar il-persuni kollha li tilfu ħajjithom matul l-Assedju ta’ Malta bejn l-1940 u l-1943
Il-munita tal-fidda turi t-tanker ‘Ohio’ u d-‘destroyer’ tar-Royal Navy fl-isfond u għandu dijametru ta’ 38.61mm b’valur ta’€10.00. Is-sett huwa ppreżentat ġo kaxxa flimkien maċ-ċertifikat ta’ awtentiċita’ u l-prodotti jistgħu jinkisbu kemm f’sett u anki separati.
Minn nhar il-Ħamis 10 ta’ Awwissu, dawn il-prodotti se jkunu jistgħu jinxtraw minn kull Fergħa Postali. Ordnijiet jistgħu jsiru mis-sit elettroniku www.maltaphilately.com, bil-posta mill-Philatelic Bureau MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001, bit-telefon 2596 1740 jew permezz tal-e-mail: info@maltaphilately.com




