Internazzjonali

Pupo jiddaħħal b’urġenza l-isptar

Il-kantant veteran Taljan Pupo kellu jiddaħħal b’urġenza l-isptar u bħala konsegwenza se jkollu jkun operat.

Pupo, li ismu proprja hu Enzo Ghinazzi, bħalissa kien qed jagħti sensiela ta’ kunċerti u kien qed ilesti biex imur fost l-oħrajn fir-Russja u pajjiżi oħra tal-Ewropa tal-Lvant kif ukoll l-istess Italja. Il-kunċert li kien imiss, dak f’Merano tħassar filwaqt li għadha ma tteħditx deċiżjoni dwar il-bqija ta’ kunċerti li jrid jagħti.

Imma wara kunċert fi tmiem il-ġimgħa f’Capannina di Castiglione della Pescaia f’Toscana, il-kantant Taljan ħassu ħażin u ddaħħal b’urġenza fi sptar fi Grosseto,