Lokali

AĠĠORNATA: Vapur b’20 immigranti jistenna biex jidħol Malta

Ritratt tal-bastiment Golfo Azzurro (UNHCR)
Il-kaptan irid jidħol Malta biex l-ekwipaġġ ikun jista’ jtir lura lejn l-Italja

Il-bastiment tal-Open Arms Boat Refugee Foundation Golfo Azzurro li ftit sigħat ilu salva madwar 20 immigranti qrib Lampedusa qed jistenna biex jidħol Malta. Dan wara li l-awtoritajiet Taljani rrifjutaw li jħallu l-vapur jidħol fil-gżira ta’ Lampedusa.

Bħalissa għaddejja ħidma biex ikun deċiż x’se jiġri eżatt. Dan wara li l-bastiment, skont is-sorsi tagħna, talab li jidhol Malta biex l-ekwipaġġ ikun jista’ jtir lura lejn Ruma.

Il-vapur qed jistenna struzzjonijiet miċ-Ċentru għall-Kordinament tas-Salvataġġ fuq il-Baħar (MRCC), li hu bbażat f’Ruma.

Sadatant, jidher illi fl-aħħar minuti Transport Malta bagħtet bastiment biex jinġabru l-membri tal-ekwipaġġ illi għandhom il-biljetti tal-ajru lejn l-Italja.

Bħalissa l-vapur Golfo Azzurro jinsab f’ibħra internazzjonali.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.