Lokali

Żewġt irġiel isofru ġrieħi wara argument f’San Ġiljan

Żewġt irġiel, Indjan ta’ 27 sena u ieħor ta’ 29 sena sofrew xi ġrieħi wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5:30a.m. kienu nvoluti f’argument li seħħ fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.

Fuq il-post marru uffiċjali tal-Pulizija li kkontrollaw is-sitwazzjoni.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura medika fejn aktar tard  ir-raġel ta’ 29 sena kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li r-raġel ta’ 27 sofra ġrieħi ħfief.

Investigazzjonijiet tal-Pulziija għadhom għaddejjin.