Lokali

DLĦ kontra li l-PA tapprova applikazzjoni ta’ estensjoni ta’ restaurant fid-Dwejra

Id-Dwejra mingħajr tieqa

Din l-Art Ħelwa qed tappella lill-Awtorita’ għall-Ippjanar sabiex ma taċċettax l-applikazzjoni biex fiż-żona tad-Dwejra ma jkunx hemm estensjoni tar-restaurant li hemm.

Fi stqarrija Din l-Art Ħelwa tirreferi għas-sit bħala Park Nazzjonali li hu wieħed mill-ftit żoni miftuħa fejn wieħed jista’ japprezza n-natura f’kull forma tagħha. L-applikazzjoni quddiem il-PA tinkludi li jkun hemm elettriku, imwejjed u siġġijiet fuq barra tar-restuarant u tinda.

L-istqarrija minn naħa tal-NGO tgħid li wieħed irid jirrijaffirma li sa ftit snin ilu kien diġa’ tneħħa l-elettriku mis-sit tad-Dwejra minħabba li kien qed jitqies bħala ‘light pollution’. Dan minbarra li f’dik iż-żona jbejtu tipi differenti ta’ għasafar protetti.

Din l-Art Ħelwa qed issostni li l-Awtorita’ tal-Ippjanar għandha d-dmir li tipproteġi siti ekoloġiċi u tassigura li dawn jitgawdew minn ġenerazzjonijiet futuri