Mara li kienet qed taqsam it-triq minn zebra crossing tista’ tgħoddha b’waħda wara li għal ftit ma ttajritx minn karozza.
Il-każ seħħ fi Triq Garibaldi l-Marsa, meta sewwieq ta’ karozza rrifjuta li jieqaf jistenna lill-mara taqsam, u minflok baqa’ għaddej b’veloċità għolja.
Agħar minn hekk, biex baqa’ għaddej minn fuq iz-zebra crossing, is-sewwieq qabeż karozzi oħra li kienu qablu u li waqfu biex jistennew lill-mara taqsam.
Għalkemm kienet qed taqsam minn fuq zebra crossing, fortunatament il-mara kienet attenta ħafna u ma qabditx u qasmet mill-ewwel malli ċedew l-ewwel ftit karozzi, u kien grazzi għal hekk li l-mara ma ntlaqtitx mill-vettura li baqgħet għaddejja.
Filmat: Jesmond Borg (Waqfet Tal-Linja – Welcome to the Jungle Malta)
//= $special ?>