L-awtoritajiet Maltin iddeċidew illi għal-logħba internazzjonali Malta v Ingilterra ma jsirx bejgħ ta’ alkoħol fl-Istadium Nazzjonali – deċiżjoni li ġabet magħha reazzjonijiet imħallta.
Kif spjega l-kordinatur tas-South End Core Louis Agius, jidher li din hija deċiżjoni li ġiet imposta minn naħa tal-awtoritajiet Ingliżi.
F’kummenti waqt il-programm NET LIVE fuq Net Television, Louis Agius sostna li l-projbizzjoni ta’ alkoħol f’Ta’ Qali tista’ fiha innifisha tkun aktar perikoluża.
F’pajjiżna għal din il-partita se jkun hawn mas-6,000 partitarju Ingliż.
//= $special ?>