Lokali

L-Italja tibqa’ timblokka lill-Golfo Azzurro

Il-pożizzjoni tal-Golfo Azzurro kmieni l-Erbgħa filgħodu
It-trawler wasal sal-periferija tal-ibħra Taljani, 'il barra minn Sqallija

Sa kmieni dalgħodu t-trawler Golfo Azzurro tal-organizzazjoni Open Arms kien għadu qed jinżamm ‘il barra mill-ibħra territorjali Taljani f’tilwima taħraq bejn Malta u l-Italja dwar min minnhom għandu jieħu t-tliet immigranti li nġabru mill-istess trawler fis-sigħat bikrin tat-Tnejn.

Kien il-bieraħ wara nofsinhar meta t-trawler baħħar lejn it-Tramuntana u wasal sal-periferija tal-ibħra Taljani, ‘il barra minn Sqallija. Il-Golfo Azzurro qed jiġi miżmum mill-Guardia Costiera Taljana sabiex ma jidħolx fil-portijiet Taljani.

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-Golfo Azzurro qed jgħidu li “iż-żewġ pajjiżi mhux jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom”.